Tieqa fuq il-ktieb Malti

Web Name: Tieqa fuq il-ktieb Malti

WebSite: http://pagnawarapagna.blogspot.com.br

ID:205346

Keywords:

fuq,Tieqa,il,Malti,ktieb,

Description:

keywords:
description:
Tieqa fuq il-ktieb Malti

Hawnhekk niġbor numru ta' reċensjonijiet u studji li ktibt dwar kotba differenti marbutin mal-qasam letterarju Malti. Hawn wkoll reċensjonijiet dwar kotba oħra ta' natura mhix letterarja, u anki intervisti mal-awturi dwar il-kotba li jidhru hawnhekk. Hemm ukoll recensjonijiet li kittieba ohra kitbu dwar kotba tieghi stess.Blogg bħal din għandha tgħin lil dak li jħobb il-ktieb Malti jieħu idea ta' x'joffri s-suq tal-ktieb Malti u anki tal-ktieb reċensit qabel ma jiddeċiedi jixtrieh.

Saturday, August 21, 2021 Patrick Sammut. Leħħiet. Ġabra ta poeżiji (2012-2020) Produzzjoni: Andrew Sciberras. Progress Press 2021. ISBN: 978-9918-0-0016-6. Paġni: 113

Kullbniedem matul ħajtu jgħaddi minn ċerti esperjenzi partikolari li wħud minnhomdonnhom jibqgħu stampati fmoħħu aktar minn oħrajn. Iżda mhux kull bniedem kapaċi jintebaħ bdawnil-leħħiet li jolqtuh ġieli bħalsajjetti fil-bnazzi. Irid ikun poeta biex dak li jgħaddi minnu jġorru miegħugħal numru ta snin, jekk mhux ukoll għal għomru. Dan aktarx minħabba s-sensibiltà li l-poetagħandu magħġuna miegħu.

Ġarajna lil Patrick Sammut jikteb foqsma oħra tal-letteratura. Rajnieh kemm bħala prożatur, kritiku, saġġistau anki poeta. Ma ninsewx is-sehem liSammut ta fit-tmexxija tar-rivista Versi(Leħen l-Għaqda PoetiMaltin). Illum huwa l-edftur tar-rivistavirtwali Il-Pont. Permezz ta Dr AndrewSciberras ftit ilu wasal fidejna ktieb voluminuż li jħaddan għadd ta kritikata kotba li għaddew mill-iskrutinju t dan il-kittieb.

Issa waslet il-Ġabra poetika tiegħu bl-isem Leħħiet. Ġabra li tħaddan mal-40poeżija minsuġin bejn l-2012 u l-2020.Bħala kittieb Sammut huwa osservatur ta dak kollu li jseħħ madwaru, kifukoll ħassieb dwar dak li jara quddiemu jew li jkun għadda minnu. Ngħid għalijal-aktar li laqatni fdin il-Ġabra hija s-sinċerità tal-poeta. Dak li jħoss li għandu jgħidu, jgħidu blatlaqliq u mingħajr tidwir mal-lewża.Donnu ftakar fil-qawl Ċiniż liil-poeta għandu dejjem jgħid il-verità.

Il-kritika tal-poeta hi r-ritratt ta dak li jkollu quddiemu; hifrott ix-xewqa għas-sewwa. Mhix kritikadistruttiva, imma pjuttost kostruttiva. Fil-fehma tiegħi fdan il-każ, kolloxhu bbażat fuq żewġ kelmiet: iż-żmienu l-imħabba. It-tnejn huma importanti fil-mixja lil-bniedem jagħmel fuq din l-art.

Id-dimensjoni tal-żmien tgħinu jħares lejnil-preżent bħala l-aktar importanti. Danifisser li Patrick Sammut iħossu kuntent bil-preżent li għaddej minnu? It-tweġiba jagħtihielna fdiversi poeżijibħal L-Olokawst tas-Siġar, U Ġġarrfet it-Tieqa u Le Norqod; kollha versi lijikkundannaw il-qerda tal-ambjent li qiegħda sseħħ fpajjiżna quddiem poplu xurban, poplu li jibqa passiv usieket quddiemha. Hawn tidħol il-poeżijasatirika Fuq dan l-Iskoll.

Dan donnu jimbotta lill-poeta biex imurlura fiż-żmien. Dikment jinbet fih sens ta nostalġija għall-imgħoddi. Versi bħal Ma baqa Xejn, Mena fTarfl-Isqaq, Ħsieb Innoċenti tal-Ħadd Imxarrab u Xi darba l-Blata kienet Bajda, kollhajitfgħu dawl fuq l-għażla ta Sammut bejn ilbieraħ u llum. L-istess jista jingħad għall-mod kifiħares lejn il-qagħda preżenti tal-Kapitali ta pajjiżna, li jseħilha Belt muġugħa għall-qagħda li tinsabfiha.

Patrick ma jonqosx li jikkundannal-ipokresija li ssaltan fost uħud mill-poplu tagħna (1984 + 33). Huwa jirreferigħall-ktieb 1984 tal-awtur ċelebriIngliż George Orwell (1903-1950). U dankollu hu effett tal-ġirja sfrenata għall-voti tal-politikanti ( Aħmar Demm u Iswed Dlam). Effett ukollgħax il-poplu tagħna warrab il-valuri tal-imgħoddi u ntilef wara l-aħħar alla l-ġdidli ħoloq hu stess: Il-Flus!

Sammut jemmen sħiħ fl-imħabba. Imħabba fsens wiesa tal-kelma. Forsi dan jidher l-aktar fit-telfa ta ommu uta zitu li trabba magħha. Il-versi Għalik,Posti Ħdejk, Tifkira u Tifkira 2 u GallarijaMixgħula ifissru dan il-ħsieb bmod ċar ħafna. Imma l-imħabba ddur ukoll lejn martu (Mingħajrek), lejn il-poplu Palestinjan (Fil-Bitħa ta Gaża) u lejn kulmin qedibati. Bir-raġun kollu huwa jistennażmien aħjar (Rebbiegħa Splużjoni) kemm għalih kif ukoll għal uliedu.

Patrick Sammut fdin il-Ġabra jħaddem il-vers ħielesħlief fxi żewġ poeżiji biss. Il-messaġġtiegħu jipprova jwasslu bmod ċar, ir-ritmu tal-vrus hu limitat ħafna. Naturalment għax hekk titlob il-poeżijamoderna. Il-Malti hu sabiħ bla użu ta kliem stramb jew mhux użat.

Il-ktieb għandu wkoll numru ta disinjimarbutin ma wħud mill-poeżiji. Danbarra żewġ Studji Kritiċi minn Ċisju Zarb u Andrew Sciberras. Jinkludi wkoll bijografija dettaljatatal-poeta u kummenti qosra ta Flores, Friggieri u Briffa.

Min hu interessat jakkwista kopja ta dinil-Ġabra poetika miġbura fi ktieb ta daqs ħelu u bi preżentazzjoni sabiħajista jikkuntattja lill-awtur fuq dan l-Email: sammutpatrickj@gmail.com

ALFRED MASSA

No comments: Imħabba lejn l-Umanità - (Rajender Krishan, Il-Vanġelu ta Amma, tradott mill-Ingliż għall-Malti minn Patrick J.Sammut, Malta, 2021)

KITBA TAL-PROF. CHARLES BRIFFA


Hawnhekk għandna xnaqsmu ħafna marelazzjoni intertestwali komplementari.

Rajender Krishan Chowdhry (1951- )huwa poeta Indjan issetiljat New York. Studja għall-matrikola fPunjabUniversity u għadda biex iggradwa minn Delhi University, l-Indja. Ħadem ħafnafil-farms tat-tiġieġ, fil-marketing, u fil-qasam tal-propjetà. Fl-1989 emigragħall-Istati Uniti u ssetilja fi New York ma martu Meera Chowdhry u ż-żewġuliedu, Anmol u Chandrika; illum huwa nannu ta erbgħa. Jemmen fil-kelma ħielsau jħobb ħafna l-poeżija; u bħala interessi għandu wkoll il-fotografija u l-artiviżwali. Jaqsam ħsibijietu ma kittieba oħra permezz tal-website tiegħuBoloji.com. Kiteb, fost oħrajn, Ammas Gospel (2020), u Niloufer Wadiapinġiet l-illustrazzjonijiet fdin il-ġabra u hekk tat l-interpretazzjoniartistika tagħha għal kull poeżija biex isseddaq u tħeġġeġ il-ħajja tal-kliem.

Amma (jew nanna) hija twaħħida tasliema, sedqa, sabar, u saħħa li jwasslu għal tjieba li dejjem jistħoqqilhaġieħ. Wara li nqasmet l-Indja fl-1947, Amma sfat migranta fpajjiżha stess(p.16) u kellha, bħal ħafna oħrajn, tbati ħajja iebsa. Għal Rajender Krishan AmmasGospel huwa għarfien ta ġieħ lejn nanntu Shrimati Ratan Devi (1900-1982).Imma minkejja l-iebes tal-ħajja, ix-xwejħa baqgħet iżżomm sħiħ fit-twemmintagħha fAlla: Il-Wieħed li hu dejjem miegħi / dubju mgħandix, Dak jaf.(p.16, Amma Ji) Il-kunċett ta Alla, hawnhekk, jidħol fih kollox ukulħadd: huwa kunċett universali u mhux marbut ma xi twemmin partikulari. Huwakunċett li lil Amma wassalha għall-bixra pożittiva ta moħħha, u l-poetajsaħħaħ din il-bixra bit-tennija spissa tal-prinċipji li jibdew bil-kliem Ħobblilek innifsek / billi tkun onest miegħek innifsek prinċipji li juru modikostruttivi, prattiċi, xirqin, siwjin, u mimlijin tama. Kull meta jkollu xidiffikultà fħajtu, il-poeta jsejjaħ lil Amma u fqalbu jisma t-tweġiba tagħhali tmexxih sabiex jiddilja mal-qagħda diffiċli li jkun fiha bmod prudenti.Rajender Krishan ta ħajja lil Amma (nanntu) u t-tagħlim tagħha bil-poeżijitiegħu. Il-ġabra ta dawn il-poeżiji turi lil Amma bħala qawwa li tmexxilill-poeta lejn it-triq it-tajba. Għalih ix-xwejħa Amma (bi spirtu ta omm)hija għelm ta ġabra għal kulħadd biex ikun hemm armonija u umiltà. Iħeġġeġl-imħabba lejn l-umanità fdinja kollha għawġ u fi żmien ikkowvidjat.

Għalih il-ħajja hija wisq sabiħa ujħobb jimraħ fiha u jiskopriha. Dan il-ktieb tal-poeżiji tiegħu aħjar taqrahmilli titkellem fuqu (għax huwa esperjenza), inkella trid titkellem fuq kullkelma ta kull vers ta kull poeżija. Wisa għal dan mgħandix u għalhekk ħangħid xi ħaġa fuq li għamel Patrick J.Sammut (1968-), imma dak li se ngħid iridjittieħed fil-kuntest sħiħ tal-ġabra.

Sammut ittraduċa mill-Ingliż AmmasGospel. U wieħed jistaqsi: kien hemm għalfejn Sammut jittraduċi test sorsbl-Ingliż għall-Malti, meta hawn Malta l-Ingliż huwa t-tieni lingwa tagħna uaħna nifhmu sew bl-Ingliż? Kieku rridu naqraw lil Rajender Krishan Chowdhryjaqblilna naqrawh bl-Ingliż, għax dak huwa l-oriġinal u nafu li traduzzjonidejjem għandha element ta interpretazzjoni. Allura xkien l-għan lingwistikuta Sammut? Kif nifhmu jien, dan l-għan kien li juri l-qawwa tal-Malti metajiġi biex jispjega l-għożża u l-imħabba għall-bniedem fi żmien diffiċli (bħalmahu ż-żmien ikkowvidjat) u fis-soċjopless kontemporanju.

Maħkum mill-ispirtu mwiegħer fiżmien il-pandemija u konxju sew ta kull ċalinġ postmodern, it-traduttur riediferra nifs u hewwa fl-ambjent Malti bil-qawwa tat-tjubija fil-ħajja umana. Uħaddem l-istrateġiji tat-traduzzjoni li kienu available għalih fosthomid-domestikazzjoni u l-forinizzazzjoni. Ngħidu aħna, iddomestika metafil-poeżija Life il-vers sors This four-letter word ittraduċihfil-verżjoni tiegħu Il-Ħajja bħala Din il-kelma ta ħames ittri (p.98) bhekk Sammut żamm il-valur tal-lingwa targit u assimilah mat-test barrani.Mill-banda l-oħra, Sammut jifforinizza t-test tiegħu billi jħalli xi terminibl-Indjan; u dan jagħmlu sabiex lill-qarrejja Maltin targit tiegħu jagħmilhomkonxji tal-qasma li hemm bejn il-kultura tagħhom u dik tal-oriġinal fl-aħħarimbagħad jagħti xi spjegazzjonijiet ta xi wħud minn dan il-kliem. Barra minnhekk, ikun qed iħaddem l-etika tat-traduzzjoni ċentrifugali għax iħallil-element barrani jibqa viżibbli it-traduzzjoni etnoċentrika mhawnx posthahawn.

Bosta drabi t-traduttur ifittexekwivalenza funzjonali jiġifieri, it-termini tat-test targit ikollhom (bejnwieħed u ieħor) l-istess relevanza tat-termini korrispondenti tagħhom fit-testsors. Nieħdu l-ewwel poeżija tal-ġabra, Om (p.12). Il-kelma Omtħaddan fiha simbolu spiritwali fir-reliġjonijiet Indjani. Il-qofol tagħhajfisser realtà u għarfien aħħarin; u fid-daħla tiegħu Sammut jorbot Om, omm, uAmma brabta evidenti fonetikament u semantikament (p.4). Fdin il-poeżijaqasira nsibu l-kobor u l-qawwa tal-kelma meta l-poeta fl-oriġinal jgħid: Om/ The Only Verse / Manifesting eternally / The Universe. U t-tradutturjaqlibha bdin is-silta: Om il-Vers Waħdieni / li jberraħ għal dejjem /l-Univers (p.12). Jiġifieri, it-traduttur jagħżel l-ekwivalenza konnotattiva (manifesting= li jberraħ) fi ħdan l-ekwivalenza denotattiva tal-bqijatat-termini (The Only Verse =il-Vers Waħdieni; eternally = għal dejjem; The Universe =l-Univers). It-terminu manifesting jikkolloka mentalment ma ċarezzagħall-għajn jew għall-moħħ u jimplika xi ħaġa li tiġi tidher sew fkuntestparanormali hemm ukoll rabta ma xi ħares. It-traduttur seta nqeda bil-verbjimmanifesta, imma fil-kuntest psikoloġiku tal-ġabra ried aktar wisa biex l-ekwivalenzatkun aktar dinamika għax il-verb iberraħ iqanqal assoċjazzjonijiet mhux majimmanifesta biss, imma anki ma jperreċ, jikxef, jagħmel ċar, u jagħmelevidenti.

Fil-poeżija li ġġib l-isem Amma(p.44-45) il-poeta jitkellem fuq il-mistiċiżmu ta Amma, u filosofikament metajara li Death is inevitable (Il-mewt hi inevitabbli) il-parir(għall-bniedem) li jasal minn dan l-għarfien huwa: sleep with gratitude /for the ultimate dawn (orqod bi gratitudni / għall-aħħar żerniq). Liġibidli l-attenzjoni tiegħi fit-traduzzjoni huwa n-nom żerniq (dawn).It-traduttur seta nqeda bxi terminu ieħor (eż. sebħ, tbexbix); imma l-għażlatiegħu ta żerniq kelli nirrifletti fuqha. U fhimt li n-nom żerniq jassoċjaruħu ma xħit ta mrieżaq żoroq filgħodu, u l-blu tal-għodwa rajtu jintrabatsimbolikament mas-sema ċar u l-baħar kalm: iċ-ċarezza u l-kalma fdanil-messaġġ filosofiku jidħlu sew fil-ħdan kuntestwali tal-ġabra sħiħa.Fit-traduzzjoni wkoll kelma tenkapsula l-eżistenza assoluta (Kelma,p.42).

Dan ifisser li r-relazzjoniintertestwali qed tiġi megħjuna u mwieżna mill-kultura lingwistika Maltija.

It-traduzzjoni ta Sammut hija,mela, orjentata lejn il-funzjoni ta komunikazzjoni interkulturali, u fl-għemiltranslatorjali tiegħu jipproduċi test targit li għandu ħila jiffunzjonafis-sitwazzjoni Maltija sitwazzjoni li hi parti mill-qagħda dinjijakkowvidjata. It-traduttur donnu impenjat unilateralment lejn il-qagħda targitgħax l-għan tematiku tiegħu (kif tani xnifhem mid-daħla tiegħu) huwaprimarjament il-messaġġ universali biex il-bniedem jibqa jemmen u jinsisti fuql-elementi pożittivi tal-ħajja tagħna (p.3). Bħala komunikatur, Sammutit-traduttur qiegħed fċentru kruċjali tal-katina ta komunikazzjonimin-nissiel oriġinali għal-laqqiegħ aħħari tal-messaġġ, u hekk jinsab fi ħdanil-kuntest soċjali l-wiesa. Ir-responsabilità etika ta dan it-tradutturtiddependi fuq it-transfer xieraq tal-messaġġ transkulturali.

It-tagħlim ta Amma jiswa għal kullżmien, għal kull ġens, u għal kull qagħda. Dawn il-poeżiji ta Rajender Krishaniressqulna t-tifwir intellettwali ta bniedem sempliċi, fidil, umli, ġentili,sadiq, u onest fħajtu. Huwa poeta Indjan immexxi mill-għaqal ta nanntu. Ut-traduzzjoni għall-Malti qiegħda turi li l-bixriet ta dan l-għaqal jiffittjawsew fil-kultura tagħna għax għandna l-lingwa biex nispjegawh. U PatrickJ.Sammut iressaq ħsibijiet ġejjin minn reliġjonijiet Indjani, u jressaqhomquddiem l-udjenza targit tiegħu mdorrija fkultura Kattolika; u nsibu li hemmbosta qbil fil-kuntest ta dan il-vanġelu ta mħabba. It-traduzzjoni tiegħugħandha effett li jagħti l-ħeġġa lill-ħsieb Malti u tbexxqilna tieqa fuqgħarfien kulturali li jista jsaħħaħ il-psikoloġija (jew is-sens spiritwali) tagħna.

No comments: Patrick Sammut: L-Istudji Kritiċi. Editur: Andrew Sciberras, 2021


Dr Andrew Sciberras issoktajiġbor fi ktieb wieħed ix-xogħlijiet ta awturi differenti; l-aktar fejn tidħolil-kritika. Is-sena l-oħra, tana fost l-oħrajn Studji Kritiċi ta Tarċisju Zarbu Charles Briffa. Issa kien imiss lilPatrick Sammut.

Kull min humidħla tal-Letteratura lokali jaf tajjeb min hu Patrick Sammut. Barra milli huwapoeta u prożatur bravu hu wkoll kritiku serju. Dan qed ngħidu bi provi ċari kifil-qarrej jista jara fdan il-ktieb voluminuż. Jien nasal biex nittimbrakritiku bdan il-mod meta narah iħares l-ewwel u qabel kollox lejn il-ktieb li jkollufidu, imbagħad lejn l-awtur tiegħu.

U dan qed ngħidubresponsabbiltà għax għaddejt minnu jiena stess. Patrick u jien ilna ħbiebgħal bosta snin. Imma meta tajtu fidejh ktieb tiegħi għall-kritika ma qagħadxiġib dan quddiem għajnejh, imma kien sinċier u stqarr bla tlaqliq dak li emmenfih. Fil-fatt, kif wieħed jistenna wara kollox, kien hemm punti li ma qbiltx magħhom,imma għaraft is-sinċerità u s-serjetà tiegħu u apprezzajtu ħafna u għadninapprezzah. Għadni nqisu bħala wieħed mill-aħjar kritiċi li għandna u li qatt kellnafpajjiżna.

Jiena ċert liSammut għandu fih ħażna kbira ta tagħlim li ġabar anke barra minn xtutna. Huwaqara u studja ħafna. Għadda żmien jistudja l-Italja u rebaħ saħansitra l-istimata professuri Taljani fdan il-qasam. Barra minn hekk, huwa għalliem tal-Maltiu tat-Taljan fi skola sekondarja u allura bilfors li jrid jipprepara u jżommruħu aġġornat dwar dak li jseħħ fil-qasam letterarju globali. Dan kollu wieħed jasalgħalih kemm-il darba jsegwi r-rivista elettronika Il-Pont ippubblikata minnu nnifsusa mill-2012.

Araw ftit il-Credo tiegħu dwar il-kritika letterarja.

L-analiżi kritika ta test letterarju,li jista jkun rumanz, novella, dramm jew poeżija, jiena nħobb inqabbilha maawtopsja li ssir fuq bniedem. Fis-sens li trid tqatta l-ħaġa studjata biċċabiċċa ħalli tifhem minn xiex inhi magħmula u wara terġa tgħaqqadha fħaġasħiħa. Bhekk, il-qarrej jasal biex jagħraf dawk il-kurrenti ta taħt u moħbijin li jkunhemm fiha.

Ma dan jaqbelukoll l-Editur Dr Sciberras kif jistqarr fl-Introduzzjoni: It-Test Ikellimna. U kif tista ma taqbilx! Inħeġġeġ lill-qarrej jaqral-Introduzzjoni ta Sciberras għax tinkludi diversi punti interessanti ħafna. Warakollox, Sciberras innifsu huwa wieħed mill-aħjar kritiċi moderni kontemporanjili qatt ipproduċa pajjiżna.

Il-ktieb jgħarbelix-xogħlijiet ta 40 awtur. Kollha awturi ta żmienna. Poeti u prożaturi. Bhekk,il-qarrej għandu fidejh stampa wiesgħa tal-letteratura Maltija kontemporanja. L-awturimhux kollha għandhom l-istess numru ta kotba ladarba Patrick Sammut jagħtiprijorità lil dawk il-kotba li jintbagħtulu, imma mhux biss. Għalkemm bħalmajsostni l-Prof. Charles Briffa mal-ktieb bilfors trid tħares ukoll lejn il-kittieb,imma l-qofol tal-kritika trid tiffoka fuq ix-xogħol stampat. Dan jgħodd għalkull xogħol artistiku li hu mera tal-ħallieq tiegħu kif ukoll taż-żmien li fihikun sar.

Ma rridx ninsansemmi l-Antoloġija Raddiena ta Lwien li l-Għaqda Poeti Maltin kienetippubblikat biex tfakkar l-40 sena mit-twaqqif tagħha u li fiha kienu ħadu sehem39 poeta b87 poeżija. Patrick Sammut jikteb ukoll dwarha u jittratta d-diversitemi u stili tax-xogħlijiet li tħaddan. Ta min ifakkar li L-Għaqda PoetiMaltin kienet twaqqfet fDiċembru 1975.

Interessantihuma l-Istudji dwar is-seba awturi barranin. Dawn huma Edmondo de Amicis, Lou Drofenik, Umberto Eco, DeborahEllis, Tim Willocks, Krishan Rajender u Khaled Hosseini. Mad-daqqa tgħajnwieħed jinduna li dawn il-kittieba mhux biss ġejjin minn pajjiżi varji, immaanki minn żminijiet diversi. Ta min jinnota li anke t-temi huma differenti. Hekkngħidu aħna filwaqt li l-awtriċi Deborah Ellis fil-ktieb tagħha TheBreadwinner tittratta t-tbatija tat-tfal fi żmien il-gwerra; Lou Drofenikfil-ktieb Beloved Convict teħodna lura fpartijiet mill-istorjata pajjiżna.

Għandna wkoll żewġkitbiet bijografiċi kemm dwar Patrick Sammut kif ukoll dwar Andrew Sciberras. Ma kull ktieb ittrattat hemm ritratttal-qoxra kkulurita tiegħu.

Fil-flapstal-ktieb insibu numru ta Ħajku miktubin minn Sammut innifsu.

Sadattant, dawkinteressati jistgħu jikkuntattjaw kemm lil Patrick Sammut kif ukoll lil AndrewSciberras fuq dawn iż-żewġ Emails rispettivi:

sammutpatrickj@gmail.com u andrewsciberrasartist@gmail.com


KITBA TA' ALFRED MASSA

___________________________________________

No comments: Thursday, April 29, 2021 Il-Vanġelu ta Amma, poeżiji ta Rajender Krishan, traduzzjonii mill-Ingliż għall-Malti u daħla kritika ta Patrick J. Sammut

Nibda biex ngħid li Il-Vanġelu ta Amma hu ġabra ta poeżiji ta RajenderKrishan (1951- _), prodott dejjem skont Rajender innifsu tal-kurżità li hukellu kif nanntu kellha ċ-ċans iġġib ruħha quddiem it-traġedji ta żminijietna,fosthom dik tal-pandemija. Kull poeżijahija akkumpanjata minn illustrazzjonijiet ta Niloufer Wadia.
Il-qofol ta dawnil-poeżija hija l-waħdiżmu tal-bniedem mal-kożmos, u għalhekk il-ħtieġa li jkunhemm l-ekwilibriju bejnu u bejn l-univers. L-omm patrija, jiġifieri l-Indja,għandha sehem importanti fdan kollu. L-imħabba, ir-rispett, is-sabar,il-kuntemplazzjoni u l-bilanċ għandhom ikun element ewlieni fdan il-qafas. Il-materjaliżmumgħandux ikollu sehem fdan kollu. Amma, hi dik li tmexxi li Krishanfl-itinerarju ta ħajtu.

L-OM, li hi sillaba mistika li tippermea dawn il-poeżiji. Il-kelma tagħtiħajja lil min mgħadux fiżikament ħaj. Dawn huma poeżiji tas-silenzju. Dawn li ġejjin huma xi naħiet aktar speċifiċita dawn il-poeżiji.

Om il-Vers Waħdieni

li jberraħ għal dejjem

l-Univers

(Om p. 12)

Imma, inkompli biex ngħid, li l-aħjar mod kif wieħed jintuwixxi poeżiji,jew forsi aħjar qagħdiet mistiċi ta dan it-tip hu billi wieħed iħallihomjidħlu fih, fmument ta kontemplazzjoni. Bhekk, darba waħda wieħed jiffiltradawn il-ħsus, emozzjonijiet, qagħdiet mentali, riflessjonijiet u jaħrabsaħansitra wkoll lil hinn mill-kostrutt-lingwa, ikun jista aktar jieħu ujixrob minn miljithom. Lil hinn mill-kulturalità li sawrithom, u l-eruditàta min kitibhom u ta min ittraduċihom għal ilsienna, hemm spirtu li miegħuaħna nistgħu nissieħbu u fdan il-proċess, aħna nkunu nistgħu nibnu lilnanfusna mill-ġdid, u nsawru lilna nfusna skont din il-medettività. Għax,hawnhekk mgħandniex id-discourse poetiku ta min irid li jkun id-didattikudirett, imma dak li jrid jaqsam ruħ ma ruħ, spirtu ma spirtu, skonttradizzjoni li rebħitu, sawritu u fasslitu. Il-kelma tiegħu tittraxxendisaħansitra lill-istess kelma. U l-ispirtu jirbaħ, biex bhekk aħna nkununistgħu ninbarmu embrijuni fina nfusna u feternità kożmika nagħrfu l-ġmielfil-ġmiel tal-ġmiel ta din l-uniżjoni tagħna mal-infinit.

U dan jidher sew minn dawn il-qagħdiet-riflessivi, li jiena senirriproduċi, hawnhekk, għaliex nemmen, li atti/istanti-illuminanti ta danit-tip, ma jinħtieġu l-ebda kritiku, imma jinħtieġu biss, preżenza litippreżenza ruħha fl-istess att kontempallativ. Bhekk isseħħ il-bidla. Bhekkisseħħ l-illuminazzjoni interna. U lil hinn minn kull konxjożità jew eruditàta espressjoni, il-meditazzjoni u l-kuntemplassjoni jwasslu biex wieħed jilħaqstat li mhux lakemm jinftiehem jew jiġi spjegat bil-kliem. Il-kliem isirsuperfluwità, li jinħtieġ li jitneħħa minn dan l-att daqshekk intimament uintrinsikament kożmiku. Il-waħdiżmu/it-twaħħid tal-esseri-ruħ mal-vastitàeterna li tippermea ħajjitna. Dak l-att li jittraxxendi kull att ieħor.

U dawn huma xi ftit mid-dawliettidwil-dawl li nsibu hekk kif nissieħbu fdawnl-illuminazzjonijiet.

Issa, sadattant ejjew nisimgħu xkienet tgħid Amma, il-vuċi poetikatal-esseri-poeti ta ġo fina, u naraw jekk din iġġibx it-tasformazzjoni fina:

Amma dejjem kienet tgħid:

Kull darba, hu min hu ma min tiltaqa

ftakar biex dejjem lilu tilqgħu

bwiċċ jitbissem

u bidejk mitnija

Jien kont inwieġeb lura:

Dak kollu li hemm bżonn ngħid hu Sliem:

Allura, għaliex il-bżonn

ta dawn il-movimenti kollha?
(Merħba p. 18)

Is-sinċerità u l-onestà huma perpetwi fdin in-narrattiva, jew aħjarqagħda-kostanti ta meditazzjoni-trasfigurattiva, kif jidher sew minn dinl-inġunzjoni:

Ħobb lilek innifsek

Billi tkun onest miegħek innisek

Tgħaġġilx biex tirreaġixxi

Għall-ewwel antiċipa u wara kkontempla

U mbagħad wieġeb

Imxi fit-triq it-tajba

Kun kuntent,

Ikseb is-suċċess. (p. 20)


U t-talb, fdin il-qagħda ta spiritwalità mġarrba fil-qiegħ nett ta ruħnajikseb ġmiel qagħditu u jinstema jwieġeb il-mistoqsija hu nnifsu, permezztal-figura mitika ta Amma:

Għaliex Titlob?Amma spiss kienet tgħid:

Itolob dejjem

Kif titlob? Kont nistaqsi

Amma kienet tispjega:

Bħala fittiex, billi taċċetta l-injoranza

ta min ma jista jagħmel xejn, il-ħlejjaq mortali

li jirraġunaw ma jistgħux jagħmlu kollox

(Għaliex titlob? p. 28)


U l-irrakkuntar fuq Amma jibqa jippermea dal-fluss poetiku kreattiv l-anima tar-ruħ l-arketip li jsostni lill-ispirtu. U fil-flus tar-rakkont,il-vuċi poetika tgħid:

Amma kienet tgħaddi

ħafna ħin

magħna..

Meta jien, ħuti

u l-kuġini tiegħi konna

qed nikbru, darba waħda

matul il-laqgħa estiva, Amma

ħarġet bidea.

Qalet:

Agħlqu għajnejkom

Ġibu quddiem għajnejkom l-ilma

Ikkonċentraw

...silenzju

pawsa qasira ...

Issa rrakkontaw

Xrajtu?
Bdejt niddeskrivi

esperjenzi qosra

flussi ta immaġni

Jal, Ilma, għatx,

sħab, leħħiet, ragħad,

xita, raxxa, nixxiegħa,

fawwara, bir, lag, għadira,

xmara, ħut, fkieren, għawm,

diga, għargħar, oċean...

Iva, tinħasel,

taħsel, issajjar,

tnaddaf, indafa, ħwejjeġ maħsula...

[...]

U jien waqaft...nifsi maqtugħ

(Kelma, p. 41)


Sadattant, madankollu ma jonqosx li jkollna noħorġu mill-fosdqa u ninnutawli fid-dinja tal-madwar hemm il-problemi. Hemm il-pandemiji. Hemm il-beżgħat,imma fil-qiegħ tal-att poetiku tibqa il-vuċi l-Amma li tidwi u tirbombjabis-sliema tagħha l-att redentiv:

Sa minn mindu Corona

għolla rasu spettrali

għal żifna kerha

bmelodiji ta diżordni kbir,

kawża ta mewt u taħdwid,

kulħadd hu anzjuż.

[..]

Nisma lil Amma tirrepeti:

Ħobb lilek innifsek

Billi tkun sinċier miegħek innifsek.

(Fejqan, p. 51)

U fdan il-proċess kollu, hemm il-ħajr, l-iżżiħajr tal-għajxien ġo ruħna.Tas-sliem. Fi sliem. Fi sliem;

Illum

jum mill-isbaħ

li ma ssibx bħalu

Jiġbor fih

it-tkomplija

u l-fraġiltà tal-ħajja

Jagħti opportunità

oħra biex napprezzaw

dak li hu quddiemna issa

Jixhed li mhemmx

raġuni aħjar

biex tesperjenza l-ħajja

(Illum p. 72)

Jiġri wkoll, madankollu li d-discourse diskursiv jirbaħ fuq l-att poetikunnifsu, u l-konjizzjoni konverżazzjonali tal-irraġunar tħabbat nozzjoni maoħra biex tirraġuna, din id-darba, dwar il-mistiċita fiha nnifisha:

Il-Mistiku

Dak li jħobb jaqra ħafna jistgħu jaħarbulu

it-tifsiriet moħbija tal-kliem

miktub jew imlissen;

Il-mistiku jisma s-silenzu

Reazzjonijiet ta malajr u bi preġudizzju

joħorġu bxejn

mingħand kritiċi taparsi;

Il-mistiku jibqa kalm

L-egoist jeħtieġ jargumenta

bmod feroċi biex isostni punt

filwaqt li jaħbi l-ħtija u r-regħba;

Il-mistiku jitbissem bmod għaqli

(Il-Mistiku p. 94)

Waqtiet tinsema wkoll il-vuċi tad-direzzjoni, li tgħidlek biex intiiċċedi...iċċedi għal ġmilijiet li huma sovrani u li qegħdin hemm biexisostnuk:

Ċedi bl-umiltà kollha

lix-Xhud ġewwieni

l-uniku Sovran

mingħajr tfixkil

u bla inkwiet ta xejn

bħala l-kunċett etern

ta indipendenza

(Indipendenza p. 106)

U bdan il-mod aħna nibnu l-ġenna u l-infern tagħna ġewwa fina ġenna uinfern li aħna għandna s-saħħa li nibnuhom, darba waħda nagħrfu nintelqu fdinil-kożmiċità eterna, li fiha aħna nissieħbu mat-traxxendent u niksbu uniżjonili fiha aħna nsiru l-illuminazzjoni perpetwa.

Kemm il-ġenna u l-infern

huma eki u xbihat

li jikxfu t-temperament

tal-karattru ta dak li jkun

(Ġenna u Infern p. 118)

Quddiem dawn l-istanti trasfiguranti, il-poeżija ma tibqax is-sempliċikostrutt lingwistiku li jiddibatti u li jiddelibera, imma l-att purgattiv lijsostni lill-ispirtu, fmeditazzjoni li ssostnina u li tagħti lir-ruħ tagħnaenerġija kożmika. Il-meditazzjoni u aħna ninħallu fxulxin u ma xulxin, biexbhekk nittraxxendu l-waqt u ngħixu. U ngħixu. U ngħixu fqiegħ il-ġmieltas-sostenn etern.

Nagħlaq billi niżżiħajr lil Patrick J. Sammut, għalliem u kittieb ħabrieki,li jagħraf bmod konsistenti u insisteni jsostnina bi ġmilijiet ta dan it-tip,u li jagħraf ukoll imexxi u jibni librirerjarità ta dan it-tip. Il-qasamtal-letteratura Maltija għandha tkun grata lejh u ħidmietu.


KITBA TA' TARĊISJU ZARB

2 comments: Monday, December 28, 2020 RIŻONANZA DAQQA TGĦAJN LEJN L-INFINITÀ ta Ricky Caruana, maqlub għall-Malti minn Alfred Palma, 2020, 143 paġna.

Għalkemm isem Ricky Caruanajista jkun ġdid fil-qasam tal-kotba ppubblikati, l-interess fir-reliġjonijietu fil-filosofija Orjentali huwa qasam li hawn Malta qed jikber. Riżonanza Daqqa tGħajn Lejn l-Infinità jkompli jarrikkixxi dan il-qasam ta għerf, udin id-darba għandna ktieb li nistgħu naqrawh direttament bil-Malti bis-saħħatat-traduttur ta esperjenza, Alfred Palma. Dak ta Palma huwa Malti mill-isbaħli jirnexxilu jwassal bla tbatija dak kollu li ried jesprimi l-awtur fl-ilsienoriġinali, l-Ingliż, u dan minkejja li t-traduttur kellu biċċa xogħol iebsabiex jaqleb għall-Malti kunċetti xjentifiċi kumplessi.

Hawnhekk Caruana jifhem il-ħajjabħala enigma misterjuża u jistaqsi għadd ta mistoqsijiet essenzjali lijipprova jweġibhom bl-aktar mod sempliċi u ċar. Bxi mod huma mistoqsijiet lijintrabtu mat-tiftixa u l-għarfien ta aħna min aħna. Għalhekk dan hu ktieb lijiġbor fih ħsibijiet li jafu l-bidu tagħhom ximkien fil-qiegħ tal-moħħ jewtal-jien. Il-ktieb hu mimli referenzi għad-dinja tar-riċerka xjentifika ufilosofika u għalhekk, fost is-sorsi ewlenin li juża nsibu x-Xjenza u l-KotbaMqaddsa tal-erba reliġjonijiet prinċipali - il-Kristjaniżmu, l-Islam,il-Buddiżmu u l-Induiżmu, flimkien man-narrattiva li ħolqu biex jitwieġbumistoqsijiet bħal Min aħna?, Mnejn ġejna?, Għala ninsabu hawn?, Fejn sejrin?, Verament dak lkollu lijeżisti madwarna, inkluż ġisimna, huwa biss illużjoni ladarba kollox hu magħmulminn atomi mqiegħdin flimkien fforom diversi u dan għal żmien limitat?, Veruli l-univers hu magħmul minn materja riċiklata?, u Jekk kollox jaf il-bidutiegħu mill-istess sors, għaliex jeżistu l-mibegħda, il-firda, il-ġlied ul-kunflitti?

Ktieb bħal dan hu sabiħ u utligħax jistiednek tieqaf ftit mill-għaqla u l-istorbju ta kuljum u tirriflettidwar ħwejjeġ li bxi mod ġejjin mill-bogħod jew mill-profond li jagħmluna dakli aħna. Hu stedina biex niftħu wkoll moħħna għal perspettivi ġodda. L-awturjoħodna fuq vjaġġ xjentifiku fl-arena kożmika, bmoħħna mifhum bħala apparatmill-aktar modern li permezz tiegħu se nivvjaġġjaw fejn kollox hu fevoluzzjonikontinwa. Jinħass għalhekk il-kuntrast bejn il-ħajja materjalista fejn jaħkemil-gwadann effimeru, u l-ħajja li tikkontempla dak li hu etern u traxxendentali;bejn il-moħħ li jiffoka fuq it-temporanju fuq naħa, u fuq l-oħra, id-dehen lijikkonċentra fuq l-etern u dak li jgħaqqad mal-ħolqien kollu; bejn id-destin ur-rieda ħielsa.

Fost il-bosta kunċetti lijittratta Caruana hemm l-idea tal-wieħed fkollox u l-kollox fwieħed, jewtal-interkonnessjoni ta kollox. Hawn Caruana jiċċita lil Car Sagan: Il-kożmosjinsab ġo fina. Aħna magħmulin minn stoffet il-kwiekeb. Kunċett ieħor huwa daktar-rikorrenza atomika, u għalhekk l-idea li għandna nirrispettaw lil dak kolluli jinsab madwarna. Huwa hawn fejn xjenza u morali jintrabtu flimkien. Danifakkar li l-ħsieb ta Caruana jimraħ miċ-ċokon tal-univers subatomikugħall-wesgħat bla tarf tal-univers makrokożmiku. Hawnhekk l-awtur-ħassiebjitlaq mit-teorija tal-oriġini atomika ta Leucippus u l-istudent tiegħuDemokritus u jirrifletti u jibni argumenti interessanti dwar il-konoxxenzaatomika - jew Alla - li twassal biex ħsibijiet isiru forom ankisupersofistikati bħalma huwa l-bniedem.

Hawn Caruana jistaqsi xiseħħmill-memorja tal-bniedem ladarba jmut? Huwa jirnexxilu jqarreb lejn il-qarrejmedju aktar kunċetti xejn sempliċi bħall- konoxxenza universali (melakonoxxenza li tgħix iktar mill-moħħ), ir-reinkarnazzjoni, il-kawżar formattiv,l-oqsma morfiċi, il-partiċella Allija, il-kwantum, l-esperjenzi barra l-ġisem,u bosta oħrajn.

Hemm drabi meta l-awturjindirizza direttament lill-qarrej u dan joħloq rabta bsaħħitha bejn it-tnejn.Huwa jistieden lilna l-qarrejja nwessgħu l-vista mgħammda li xi wħud minnajista jkollna u dan permezz tal-għarfien xjentifiku u anki ta xjgħid twemmindifferenti. Caruana jfakkar li hemm ukoll il-meditazzjoni li ddaħħal lil dak lijkun fid-dimensjoni metafiżika fejn jinsab l-għarfien assolut. Hijameditazzjoni li twassal għall-konoxxenza pura li tfisser imħabba divina ugħall-kixfa li bl-għarfien li ladarba aħna lkoll magħmulin mill-istess tessuttal-ħajja, ma nistgħux nobogħdu lill-ebda ħlejqa ta madwarna.

L-istil u l-ilsien imħaddmajagħmlu l-proċess tal-qari ta dan il-ktieb mexxej, minkejja l-kumplessitàtas-suġġett. Caruana jfiehem kunċetti tqal permezz ta analoġiji sempliċimeħudin mill-ħajja ta kuljum u li bosta jistgħu jifhmu mill-ewwel. Għalhekk fl-aħħarnifhmu li r-riżonanza li tissemma fil-titlu tal-ktieb hija dik li teżisti bejnl-iċken ħlejjaq u l-infinit li jiċċirkondana. Fl-aħħar mill-aħħar Riżonanza Daqqa tGħajn Lejn l-Infinità jgħinna nsiru nafu aħjar min aħna u bhekkngħixu ħajja aħjar, imsejsa mhux fuq elementi negattivi, imma pożittivi, lijwasslu għall-armonija kożmika.

No comments: Older PostsHomeSubscribe to:Posts (Atom)ContributorsPatrick J SammutPatrick SammutFlag CounterFollowersBlog Archive 2021(4) August(3)Patrick Sammut. Leħħiet. Ġabra ta poeżiji (2012-2...Imħabba lejn l-Umanità - (Rajender Krishan, Il-Van...Patrick Sammut: L-Istudji Kritiċi. Editur: Andrew ... April(1) 2020(2) December(1) April(1) 2019(3) October(1) June(2) 2018(4) October(1) July(3) 2017(4) October(4) 2016(7) December(2) October(1) June(4) 2015(10) September(2) July(1) May(1) April(3) March(2) January(1) 2014(14) December(1) November(5) September(2) July(2) May(2) March(2) 2013(11) November(2) October(1) September(4) April(1) February(2) January(1) 2012(11) October(1) September(3) August(1) July(2) June(2) May(1) March(1) 2011(22) November(2) October(2) September(1) August(3) July(1) June(2) May(4) March(2) January(5) 2010(39) December(8) November(31)
Simple theme. Theme images by luoman. Powered by Blogger.

TAGS:fuq Tieqa il Malti ktieb 

<<< Thank you for your visit >>>

Websites to related :
Oceanus Software: programare si

  keywords:programare web, design web, pagini web, consulatanta hosting, optimizare motoare de cautare, seo, online marketing, parcare domenii, mozilafi

Orange County Transportation Aut

  keywords:
description:

EU Notice | MassLive.com

  keywords:
description:
MassLive.com

Shenzhen Upnmed Equipment Co., L

  keywords:Shenzhen Upnmed Equipment Co., Ltd., SpO2 Sensor, ECG Cable
description:Shenzhen Upnmed Equipment Co., Ltd., Experts in Manufacturing and Exp

鹤壁石材服务中心

  keywords:鹤壁石材服务中心
description:鹤壁石材服务中心mz74m,鞍山毛皮总公司,恩施皮革营运部,图木舒克塑料制品服务中心,梧州皮革总公司

Nursing

  keywords:
description:
Main MenuHomeNursing AbbreviationsCommon Prescription DrugsNursing Interventions ClassificationNursing Outcomes ClassificationG

International Wildlife Rehabilit

  keywords:
description:
Skip to content Twitter Email

Hakuba Ski Resort - Lift Ticket

  keywords:
description:Everything you need to know about Hakuba Ski Resort. Lift ticket information, trail map and everything you need to know about th

Stickbow.com - Traditional Arche

  keywords:stickbow stickbow.com traditional archery traditional bowhunter bowhunting selfbows recurves longbows spokeshave cedar arrows wooden arrows w

Dueling Analogs - Video Games Co

  keywords:Article, Dueling Analogs, gaming, humor, comic, gamers, starters video games, video game, videogames, 2021 video games, action video games, b

ads

Hot Websites